il-papat

 

 IS-SEDJA GESATORJA

Regalia papali ohra li l-generazzjoni tal-lum ma tiftakarx ghax uzanza li spiccat ghal kollox hija s-Sedia Gestatorja li kienet tronn merfugh minn tnax-il ragel imsejha parafrenieri libsin uniformi hamra. Zewg persuni ohra wiehed kull naha kienu jgorru l-Flabella, palju kbir ceremonjali maghmul mir-rix tan-ngham, (ostrich) li skop tieghu kien li jrewhu lill-Papa biex dan izomm ruhu frisk, meta tqis it-tul tac-ceremonji mizmuma fi klima shuna gewwa Ruma fil-jiem tas-Sajf u anke minhabba li l-Papa kien jilbes ilbies ceremonjali tqil. Is-sede gestatorja kienet tintuza meta l-Papa kien jidhol jew johrog fil-knisja jew sala ta’ l-udjenzi. Gwann Pawlu I ma riedx li juzaha, izda accetta l-uzu taghha fuq insistenza minn dawk ta’ madwaru meta qalulu li f’pozizzjoni gholja ‘lfuq mill-folla, kulhadd seta’ jgawdi l-prezenza tieghu u jarah. L-uzu tas-sedia gesatorja ma baqghetx tintuza sa minn zmien il-Papa Gwann Pawlu II u dik tal-Flabella sa minn era ta’ Pawlu VI. Pero’ l-uzu taghhom ma giex abolit, izda mwaqqaf. Is-sedia gestatorja kienet ilha tintuza ghal madwar elf sena. Ghalkemm din spiccat il-Papa issa qed juza l-mod u aktar efficjenti bl-uzu tal-“Popemobile”.

Make a free website with Yola