il-papat

 

  IT-TJARA JEW TREREGNUM

 It-Triregnum (kuruna bi tlett saffi jew liveli) hija wahda mir-regalia tal-papat.

Normalment ahna nsibuha bhal t-Tjara. Pawlu VI fit-30 ta’ Gunju 1963 uzaha fl-Inkurunazzjoni tieghu ghaliex dak iz-zmien kienet parti mill-Inawgurazzjoni ta’ Papa. Ghal bosta sekli l-Papiet libsuha waqt il-purcissjonijiet jew meta jkunu dehlin jew hergin mill-Bazilka ta’ San Pietru. Pero’ matul il-liturgija kienu juzaw il-mitra episkopali.

 Il-Papa prezenti, Benedittu XVI biddel it-tjara ma’ mitra fuq l-arma personali tieghu izda mhux fuq l-arma vatikana. Pawlu VI kien l-ahhar Papa li gie nkurunat bit-tjara u qatt aktar ma uzaha, pero’ halla f’idejn is-successuri tieghu jekk juzawhiex jew le. F’mossa simbolika huwa abbanduna l-uzu tat-tjara tieghu (rigal mill-poplu ta’ Milan) billi qieghdha fuq l-artal biex timbiegh u d-dhul jinghata lill-fqar.

 Gwann Pawlu I ma riedx li tintuza fic-ceremonja ta’ l-inawgurazzjoni tieghu u s-successur tieghu Gwann Pawlu II mexa’ fuq l-ezempju tieghu. Gwanni Pawlu II fehem li ma kienx zmien li l-knisja tirritorna lejn is-simbolu tas-setgha temporali tal-papiet. Ried li jitfa’ harstu lejn il-Mulej u “ nbaxxu rasna quddiem il-misteru tal-qawwa tieghu.”

Ta' min jghid li tezisti kollezzjoni kbira ta' tjari (20 wahda) minhabba l-fatt li bosta papiet meta kienu jigu biex libsuha kienu jsibuha skomda ghar-ragunijiet diversi: setghet  tkun kbira jew zghira ghar-ras ta' min jilbisha, il-papa kien ihossu skomdu ghax kienet tkun tqila jew gruppi ta' kattolici kienu joffruha bhala rigal lill-papa renjanti ta' dik l-epoka.

Din il-kollezzjoni ta' tjari tinsab fil-Vatikan, izda tnejn minnhom jinsab f'wirja permanenti gewwa l-Amerka. L-eqdem wahda iggib is-seklu 16, Kurzita tassew interessanti hija li wahda minnhom hija maghmulha mill-kartapesta u uzuaha l-Papa Piju meta kien inkurunat Papa fl-ezelju.

L-ahhar rigal  ta' tjara kienet il-prezentazzjoni lil Papa Benedittu XVI minn grupp ta' kattolici germanizi f'udjenza generali f'Mejju 25, 2011. Hija maghmulha minn tahlita ta' zingu, fidda u ram u mzejna minn hagar semi prezzjuz.

Make a free website with Yola