il-papat

 

 IL-PAPOCC PAPALI

  Il-papocc tal-Papa huma parti mill-accessorji li jilbes l-Isqof ta’ Ruma.

Huma ta' papocc episkopali  li jilbsu l-isqfjiet fiz-zminijiet l-imghoddija. Dawn kienu jibdlu l-kulur taghhom skond il-kulur liturgiklu taz-zmien. Pero’ dawk tal-Papa kienu dejjem ta’ kulur ahmar. Il-kulur ahmar kien il-kulur

ufficjali tal-Papa sa mis-seklu 16, meta l-Papa Piju V, Dumnikan, libes tonka bajda bhal ma kienet titlob l-ordni ta’ San Duminku.  L-ahmar huwa simbolu tad-demm tal-martri tal-knisja u t-tifsira li ghandu l-papocc paali huma s-sottomissjoni totali tal-papa ghar-rieda ta' Kristu.

Fiz-zminijiet tal-lum, il-papocci tal-Papa huma mahduma bl-idejn minn satin ahmar, harir ahmar u hajt tad-deheb; il-pett tieghu maghmul mill-gilda u fil-wicc  jkollhom irrakmat salib imzejjen bir-rubini. Sa l-ewwel nofs is-seklu 20, kienet uzanza li l-pellegrini li jkollhom udjenza mal-Papa jinzlu gharkubtejhom u jbusulu saqajh.
 
Tradizzjonalment il-papa kien jilbes il-papocc meta jkun fir-residenza tieghu filwaqt li kien ixidd iz-zarbun abjad meta johrog barra. Papa Pawlu VI kien waqqaf l-uzu tal-papocc imma kien jilbes zarbun ahmar meta johrog barra. Gwann Pawlu II kien favur li jilbes zraben li jaghtu fil-kannella mahduma gewwa l-Polonja.
Benedittu XVI rega’ beda juza’ z-zarbun ahmar meta johrog barra bhalma kien jaghmel Pawlu VI. Pero’ ma jilbisx il-papocc papali meta jkun gewwa kif bosta drabi juruh ir-ritratti liebes zarbun ahmar meta jkun gewwa. Izda jinghad li l-Papa libes il-papocc papali gewwa l-Iskozja fis-16 ta’ Settembru 2010.

Make a free website with Yola