il-papat

 

 

Kristu huwa il-Fundatur u l-Kap invizibbli tas-saltna tieghu hawn fid-dinja. Qabel ma tela' s-sema biex jibghat l-Ispirtu Qaddis fuq l-appostli li fuqhom bena l-knisja tieghu, huwa ghazel lil Pietru biex ikun il-mexxejj ta' din il-knisja tieghu. U hekk sal-papa prezenti, Benedittu XVI, din l-linja ta' Papiet baqghet shiha bla ma qatt inkisret.  

Skop ta' din il-pagina  hu li naghtu xi dettalji fuq il-hidma ta' dawn il-papiet li tul is-sekli hallew impronta tajba jew hazina fuq it-tmexxija taghhom. Matul iz-zminijiet il-knisja ghaddiet minn hafna taqlib u gwerrer. Ma nkunux gusti jekk nikkritawhom ghax hafna minnhom taw  kaz u importanza lill- hwejjeg temporali aktar milli  lill-hwejjeg spiritwali. Ma ninsewx li mid-deni johrog anke l-gid. Sa mill-bidu taghha l-knisja habbtet wiccha ma' hafna persekuzzjonijiet imqanqla minn imperaturi rumani li raw fir-religjon ta' Kristu tfixkil ghall-pjanijiet taghhom. Kien ghalhekk li l-knisja kellha tinheba' ghal xi zmien fil-katakombi biex isalva mill-qerda. Kellu jkun l-imperatur Kostantinu li ta l-liberta' lill- knisja biex b'hekk regghet harget fil-berah halli tkompli l-missjoni li Kristu baghatha taghmel. 

L-imperaturi ta' matul iz-zminijiet qatt ma mpurthom mid-drittijiet tal-bniedem u kienu jwettqu ngustizzji kbar. Is-sinjuri kienu jridu jishqu lil fqir biex dan ta' l-ahhar ikunu jiddependi f'kollox minnhom. U ma' sitwazzjonijiet bhal dawn il-knisja kellha thabbat wiccha . Li kieku ma ghollietx leheniha u waqfet lil min ried jirfisha kieku l-knisja kienet tigi mishuqa. Diga fil-bidu taghha ghaddiet minn perikli bhal dawn u zgur li ma xtaqietx terga' tghaddi mill-istess esperjenza.  

Xi papiet kienu jahsbu li huma kellhom id-dritt li jmexxu dak li hu spiritwali u l-imperatur dak li hu materjali. Izda kienu tal-fehema li l-ispirtu jigi fuq il-materjali u ghalhekk hasbu li kellhom id-dritt li jikkmandaw kollox u f'kollox huma. Minhabba f'hekk kien hemm zminijiet fil-knisja li l-mexxejja taghha ghollew rashom biex tghaddi taghhom. Certi papiet kienu jahlu hafna zmien fi tmexxija mundana .  Izda element komuni fil-papiet  huwa l-fatt li ikoll , xi ftit jew wisq  taw kaz li  jaghmlu gid spiritwali lill-knisja ta' Kristu
.

 

PAPA FRANGISK

 

 

SALVE PAPA NOSTER

SALVE PETRA FIDEI

SALVE COELI JANITOR

ET DOMINUS SIT TECUM 

 

DAN HU L-KAP VIZIBBLI TAL-KNISJA KATTOLIKA RUMANA LI TAGHHA GESU' KRISTU, L-IBEN T'ALLA HUWA L-FUNDATUR. 

INNU TAL-PAPA.mp3


CHRISTU VINCIT.mp3

Make a free website with Yola